L-Ġimgħa l-kbira f’Ħal-Qormi

 

Ħal-Qormi huwa Raħal antik ħafna. Fl-1436, jingħad li Hal-Qormi sar parroċċa, u fl-1743, il Gran Mastru Pinto għolla lil dan ir-raħal għat-titlu ta’ belt. Infatti, ilum Ħal-Qormi huwa magħruf ukoll bħal Citta’ Pinto.Din il-Belt hija magħrufa wkoll għal-ħobż bnin,infatti xi żmien ilu, kienet magħrufa bħala Casal Fornaro.L-ewwel Parroċċa f’din il-belt, kienet ddeikata lil San Gorg,u l-Knisja Parrokjali preżenti nbniet fl-1584,It-tieni parroċċa hija ddedikata lil San Sebastjan u l-Knisja parrokjali nbniet fl-1946.

F’Malta, l-ewwel kitbiet fuq il-purċissjonjiet tal-Ġimgħa l-Kbira jmorru lura sa s-seklu 17.Jingħad li ssir mill-parroċċa ta’ San Ġorg f’Ħal Qormi hija fost l-ewwel li bdew isiru f’Malta.Minn xi kitbiet ilha ssir ftit mhux ħażin.Jingħad ukoll li kien hemm żmien, fejn l-istawi tal-Ġimgħa l-Kbira,waħda kull darba. Kienu jingarru f’purċissjoni li kienett ssir madwar it-toroq tar-raħal fil-Hdud tar-Randan.

 

 

F’Malta hawn 13 il-belt jew raħal li fihom isiru l-purċissjonjiet tal-Ġimgħa l-Kbira.11 il-purċissjoni jsiru nhar l-Ġimgħa l-Kbira,filwaqt li 2 oħra jsiru nhar il-Ħadd il-Palm.Ħal-Qormi għandha waħda mill-akatr purċissjonjiet li għandha vari. Fost il-vari tal-kartapesta nsibu,l-Aħħar cena,Ġesu’ fl-Ort tal-Ġetsemani,Bewsa ta’Ġuda, Kristu marbut mall kollonna, l-Ecco Huomo,Kristu quddiem Pilatu,R-Redentur,Kristu jiltaqa’ mOmmu,l-Veronika,l-Varal-Kbira,Duluri bi Kristu mejjet fi ħdana,Monument, Duluri weħidha.

 

Matul is-snin. Din il-purċissjoni,sarulha xi tibdiliet,li komplew sebbħu u kabbru din il-purċissjoni.Wara dawn is-snin kollha, hija purċissjoni li għadha tant mfittxija minn ħafna maltin u turisti,li jigu bi ħgarhom biex igawdu dan il-purċissjoni.Llum,din il-belt saret wkoll magħrufa għal-ammont ta’wirjiet,b’konnesjoni mal-Ġimgħa Mqaddsa,li jigu esebiti, u li huma popalari ma’ ħafna dilettanti li jżuru dawn il-wirjiet minn kull rokna ta’ Malta

 

Duluri
Monument kif kien qabel
Monument kif gie issa



PITTURA MEDJEVALI TAD-DULURI F’ĦAL-QORMI

MIKTUBA MINN JOSEPH F. GRIMA

Il-pittura titulari ta’artal tal-Madonna tad-Duluri fil-knisja Parrokkjali San Ġorg hi l-eqdem oggett artistiku li hawn f’Ħal Qormi għax tmur lura l-ewwel nofs tas-seklu ħmistax għalhekk id-datażżjoni preciza u l-pittur tagħha mhumiex magħrufin.Originarjament,kienet il-panew centrali ta’trittiku li sal-1632 kienet it-titular ta’l-artal maġġur.Iż-żewġ panewijiet tal-gnub kienu juru lili San Ġorġ u lil San Girgor.
Għall-ħabta tal-1850 saret pittura ġdida tad-Duluri minn Antonio Falzon izda jidher li din il-bidla ma ntlaqitx mill-poplu qormi.Allura reġgħu qegħdu din il-pittura l-antika fuq l-artal fejn għandha sallum.


Stilistikament,din il-pala d’altare hi taħlita ta’ elementi Gotici u Italo-Bizantini li possibilment tpittret x’imkien fl-Italja ta’ fuq.Hi xogħol sofistikat ta ;interess ikonografiku kbir tant li, meta wiħed iqis ic-cokon ta ;Ħal-Qormi fil-kuntest ta’Malta medjevali,wieħed x’aktarx jistgħageb kif sabet ruħha f’dan ir-raħal.Hemm spekulazzjoni li setgħet tpittret għal xi wieħed mill-kunventi l-kbar tar-Rabat u mbagħad b’xi mod waslet Ħal-Qormi.Min naħa oħra jista jkun li,bhalma diga għidna, saret apposta għall- knisja parrokkjali l-ġdida

Il-pittura turi d-deposizzjoni ta’Gesu minn fuq is-Salib komunement magħrufa bhala t-tlettax tal-Via Sacra u tinkludi l-figuri tal-Madonna,Gesu mejjet,San Gwann l-Evangelista u Marija Maddalena fuq quddiem fil-waqt li Nikodemu Gużeppi d’Arimatea u l-Veronika jidhru fuq wara b simboli tal-Passjoni.Il-Madonna b haddejha ma wicc Gesu’ hi mpittra f’idjoma Bizantina għal kollox tant li dan l-istil insibuħ f’diversi pitturi Bizantini ta l-medju Evu.Min-naħa l-oħra,il-background li jikludi l-figuri sekondarji hu Gotiku fit-trattament tiegħu

Dan il-kwadru kien restawrat l-aħħar mill-pittur Lazzaro Pisani.(1850-1932) fl- 1919/20

 


 

Talba lil Marija Santissima

Omm Vergni Marija, li nissiltna wliedek fid-dulur tar-ruh helwa tieghek, wieqfa fejn is-salib, l-artal li fuqu offra ruhu vittma lil Alla Missier, ghal mahfra tad-dnubiet ta' kulhadd, Kristu Gesu', L-iben Wahdieni tieghu u l-frott wahdieni tal-guf tieghek verginali, li thallis li ahna wara mewtn, weqfin fil-gust tribunal ta' dan l-istess iben tieghek Gesu' inkunu mkeccija b'sahta eterna izda ghamel li b'barka eterna nkunu milqughin minnu fil-hdan tal-hlewwa tieghu. Ammen

 

Ktistu m'Ghandux Idejn

Waqt il-gwera, bomba waqghet fuq Knisja. Kissret kollox. Baqa biss kurcifiss, izda l-bomba tajritlu idejh. il-Kappillan, rega qieghed il-Kurcifiss bla idejn fil-knisja l-gdida li bena u taht il-kurcifiss kiten hekk:

KRISTU M'GHANDUX IDEJN

IMMA....

JRID JITMA LIL HUK LI HU BIL-GUH, JIXTIEQ JERFA' LIL MIN WAQA' JORBOT IL-GRIEHI LIL BATUT, IFEJJAQ LILL-MARID, JDEWWI IL-QALB MAQSUMA, IQASSAM IL-FERH, JIZRA S-SLIEM U L-PACI, JIBNI DINJA GDIDA.

IMMA KRISU MA GHANDU IDEJN

TRID TISILFU IDEJK?


 

Il-Purcissjoni tal- Gimgha Mqaddsa

Ninsabu fi zmien tar- Randan u dan iz-zmien ghal- knisja kattolika huwa zmien ta’ riflessjoni pero huwa wkoll il- mument fejn il- knisja ticcelebra l- akbar grajja fl-istorja taghha.


F’ Malta il-grajja tal- Gimgha Mqaddsa tigi iccelebrata fil- parrocci kollha pero ma’ nistghux nghidu hekk ghal- purcissjonijiet. Mhux kull parrocca ghanha din il-purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira.


Wahda mill- eqdem parrocci fejn insibu din il- purcissjoni hija dik ta’ Hal- Qormi u li tohrog mill- parrocca ta’ San Gorg Marti. Din il- purcissjoni ilha tezisti f’Hal-Qormi zgur sa mis- seklu tmintax. Dan irrizulta minn xi oggetti li insibu fil- muzew ta’l-istess knisja li jqarreb din id- data. Dawn il- fdalijiet ipoggu lil- knisja taghna bhala wahda mill- ewwel knejjes fejn kienu jesistu l-istatwi u l- oggetti kollha relatati mal- purcissjoni.


Tajjeb hawnhekk nirrifletti li kien il- Koncilju ta’ Trent jigifieri il- koncilju li sar fis- seklu sittax li stabilixxa certi cerimonji fi hdan il- knisja kattolika. Dan sar biex jirribatti ghal- dak li kien ghaddej u qed nirreferi ghal- Riform li Lutheru ried jaghmel. Minn naha l- ohra il- knisja kattolika fasslet il- Kontro Riforma u appuntu wahda mill- insrtuzzjonijiet hi li l- messag nisrani ghanu jitwassal lil-poplu anke lill- dawk li ma kienux jafu jaqraw u jiktbu permess tax- Xogholijit tal- Arti inkluz l- istatwi , pitturi, ecc.


Jekk wiehed jirrifletti sewwa l- purcissjoni tal- Gimgha l- Kbira , il- mod kif inhi mfassla, ma huwa xejn hlief rakkont tal- Passjoni u l- Mewt ta’ Sidna Gesu Kristu. Fis- sekli ta wara l- Koncilju minn kien jaf jaqra seta jaqra l- hajja ta Gesu mill- kotba, pero il- Knisja riedet twassal il- messagg tal- iskrittura mhux lil dawn in- nies biss izda lill kulhadd u ghaldaqstant giet imwielda din il- purcissjoni fuq il- misteru tad-tbatija.


F’ Hal- Qormi il- purcissjoni ma bdietx kif narawh illum, izda kien hemm zvilupp. Kien hemm perjodu fl- imghoddi, fejn fi zmien tar- Randan, kull nhar ta’ Hadd, ghal hamest ihdud konsekuttivi, kient tohrog purcissjoni b’vara wahda mill- Knisja parrokkjali ghal- wahda mill- kappelli li ghandna mifruxa mar- rahal taghna. Hekk insibu li L- ewwel Hadd tar Randan kient tohrog il- Vara tal- Ort mill- Knisja u terhila lejn il- kappella mgharufa bhala ta’Qrejqca fi triq Santa Katerina. Fit- tieni Hadd Gesu Marbut ghal- Kappella ta’ San Pietru, fit-Tielet Hadd il- vara ta’ l- Ecce Homo ghal Kappella ta’ Santa Katerina , fir raba Hadd Ir- Redentur u l- Veronica ghal- Kappella tac- Cimiterju u l- ahhar Hadd il- Vara l- Kbira gal- Kappella tal- Vitorja. Il- Vari kien jissejhu Misteri.

Kappella tac-Cimiterju
Kappella ta' Qrejca
Kappella ta' San Pietru
Kappella ta' Santa Katerina
 
Kappella tal-Vitorja


 
   

TALBA

Missier Qaddis, sinjur tas-sema u ta l-art, mis-santwarju tiegħek ħares lejn l-għażiż Ibnek Gesu' Kristu, li inti stess assenjajt b'uniku Avukat u bl-Uniku Vittma tad-Dnubietna. Isma' l-leħen tad-Demm ta' dan Huna s-Saċerdot, Qaddis u Etern, jgħajjat quddiemek maħfra, paċi u saħħa. Inti permezz tiegħu biex tipplaka mill-korla ġusta tiegħek u tieħu Glorja. Għalhekk aħna nofrulek il-pagi divini tiegħu sabiex int taħfrilna dnubietna u trazzan l-għedewwa kollha ta' l-ismek, b'mod li jaraw b'kunfuzzjoni tagħhom il-qawwa ta l-Iljun tat-trbu' ta' Guda, li aħna biss fih nittamaw li nkunu meħlusin mid-dnub, u mill-flaġelli tiegħek u mit-telfien ta dejjem. Amen,

San Gorg Preca

   

Silta minn San Gorg Preca

 

Id-Dawl mill-Kurcifiss”Ghidli: Minn hu li jhares lejn il-kurcifiss u ma jikkwitax f'serhan perfett? Dnubietek ibezzghuk? Sthajjel li Kristu Kurcifiss jghidlek: Hares'l hawn u kkwieta ghax jiena hallast ghalik. Xi hadd ittrattak hazin? Sthajjel li l-kurcifiss jghidlek: Hares u kkwieta ghax jiena ghamilt il-gid u hallsuni b'deni. Inti mwegga' jew imnikket? Sthajjel li Kristu Kurcifiss jghidlek: Hares'l hawn u kkwieta ghax jiena innocenti f'bahar ta' ugigh ta' niket. Tinsab inti nieqes minn xi haga? Sthajjel ‘il Kristu Kurcifiss jghidlek: Hares ‘hawn u kkwieta ghax jiena msallab gharwien. Inti int imzeblah? Stajjel li Kristu Kurcifiss jghidlek: Hares ‘l hawn u kkwieta ghax jiena Alla oggett ta' ghajb, ta' zuffjett u ta' dahk. F'kelma wahda f'kull stat tieghek spiritwali ghandek issib dejjem comfort x'tigbed minn Kristu Kurcifiss li jghid lil kull minn ihares lejh li kollox jispicca bil-mewt delizzji u biki.Ara qatt tahseb ; Ii inti spiritwali jekk titfa' biex timita ghajnejk banda ohra hlief fuq il-kurcifiss- Kristu wahdu biss it-triq, il-verita' u l-hajja u hadd ma jasal fir-renju etern tal-paci hlief permezz tieghu biss. Tfittex id-delizzji temporali? Kun af li inti ma intix skular veru ta'Kristu, li bata ghalina u hallielna l-ezempju li nimxu warajh li dhub m'ghamilx: irrisolvi mmela li quddiem it-tbatija tghid sincerament: O salib, is-sliem ghalik.  

L-Għid it-Tajjeb lil Kullħadd
   

L-aqwa festa tal-Knisja hija bla dubju l-Festa ta l-Ghid il-Kbir. Hija t-tifsira tar-rebha ta' Kristu fuq il-mewt. F'diversi parrocci madwar Malta u Ghawdex issiru l-purcissjonijiet bl-istatwa ta' Kristu Rxoxt. Il-parrocca ta' San Bastjan f'Hal Qormi ukoll tosserva din it-traduzzjoni, u tohrog vara artistika madwar it-toroq tar-rahal. Il-Vara prezenti hija t-tieni wahda li kellha din il-parrocca, u saret fl-1980 u giet mahduma minn Glormu Dingli, mill-kartapesta. Il-qabar huwa fuq disinn ta l-istess artist u huwa xoghol ta' Carmelo Falzon u Guzeppi Cini, li kien sagristan dak iz-zmien. Salvu Bugejja hadem l-4 angli zghar ta' l-injam li hemm fil-pedestall, filwaqt li Sebastian Aquilina hadem l-Istellarju tal-vara. L-Induratura saret mid-ditta Darmanin tal-Belt Valletta. Il-Purcissjoni toħrog wara l-Quddiesa solenni tat-8.15am

 

L-istatwa simpatika u barokka ta' Kristu Rxoxt, li hi tal-kartapesta, tmur lura ghas-seklu tmintax u dan ifisser li l-purcissjoni hi daqstant qadima ghalkemm la nafu s-sena preciza meta nbdiet u lanqas min kien l-awtur tal-vara. Fl-1891, l-istatwarju Vincenzo Cremona kompla izejjen din il-figura b'zewg suldati mbezzghin b'xoghol sabih tal-kartapesta . F'idejh ix-xellugija, lil Gesu` nsibuh izomm il-bandiera tar- religjon. Din il- vara kienet tintrefgha' mis-sitt reffiegha li jkunu refghu il-Monument nhar il-Gimgha il-Kbira ta dik is-sena. Maz-zmien din id-drawwa nqatghet ghalkemm regghet iddahhlet m'ilux. Fl-2011 din il-vara hadet dehra gdida meta giet restawrata minn Omar Camilleri

 

Fl-imghoddi nhar Sibt l-Ghid it-tfal kienu johorgu ikantaw mat-toroq ta' Hal Qormi u kienu jghidu din it- taqbila:

TIRLI TOM, TIRLI TOM , TIRLI TIERA,

KRISTU RXOXTA BIL-BANDIERA

 

Illum il-purcissjoni tohrog wara l-quddiesa tat-8.00 u, ghall-habta tad- 9 ta' filghodu, il-vara titfacca mill-bieb tal-Knisja Arcipretali ta' San Gorg man-noti ferrieha tal-qniepen. Fil-purcissjoni jiehdu sehem il-fratellanzi kollha tal-parrocca bl-istandarti taghhom. Il-fratellanzi li nsibu fl-parrocca huma ta' San Mikiel, ta' San Guzepp, tac-Cintura, tar- Ruzarju u tas-Sagrament u ma jistax jonqos li jiehdu sehem ukoll iz-zewg baned tal-parrocca, jigifieri ta' San Gorg Martri u l-Banda Anici li jimxu mal- purcissjoni. Ghall-habta tal-10.30 ta' filghodu, il-purcissjoni tasal hdejn il- kappella tal-Vitorja fejn isir it-tberik tat- tfal bil-figolli. Ghall-habta tan-nofs siegha, il-purcissjoni tasal quddiem il-knisja parrokkjali u t-tradizzjoni hi li jigru bl-istatwa ta' Kristu Rxoxt fuq l-ispalla tat-tnax ir-reffiegh sa fuq z-zuntier fost c-capcip tal-folla kbira li tingabar f'dan il-hin.

 

Fil-jiem ta' wara, il-vara tar-Rezurezzjoni tigi armata fuq l-artal maggur fejn tibqa' tul il-hamest ihdud ta' fuq l-Ghid il-Kbir.